Home > Malta > Reazzjoni Ghall-Emendi Proposti lill-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun

Il-Fondazzjoni favur il-Ħajja u l-Familja, Life Network Foundation Malta, tinsab ferm preokkupata blemendi proposti lill-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun u tiġbed l-attenzjoni għas-sitt punti li joħorġu mill emendi:

1. L-istess isem: L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun
Filwaqt li l-isem ta’ dan l-Att baqa’ l-istess, il-liġi preżenti tikkunsidra d-drittijiet tal-ġenituri prospettivi u l-embrijun uman. Fl-abbozz, id-drittijiet tal-ulied li jitwieldu minn din it-teknoloġija la huma ikkunsidrati u lanqas meqjusa.

2. Jidher ċar li hemm logħba fil-lingwaġġ użat u logħba bid-definizzjonijiet. Il-kelma “donazzjoni” – tfisser “att ta ġenerosità li tgħin lil ħaddieħor”, per eżempju – li taghti xi ħaġa, xi oġġett fis-sens ta’ karita, flus, kilwa. F’dan l-abbozziżda, mhux qed nitkellmu dwar ċelloli kwalunkwe iżda gameti – bajda tal-mara u sperma tar-raġel.
Ma’ dawn il-gameti hemm assoċjati obbligazzjonijiet u responsabilitajiet serji ħafna, fosthom ilmaternità u l-paternità. Ħadd ma jista’ jagħmel donazzjoni ta’ maternità u paternità biex joħloq wild li lanqas biss jieħu responsabilità tiegħu jew irid ikun jafu.
Dan l-abbozz jagħmilha legali li wieħed jabdika mir-responsabilitajiet u obbligi dovuti lil kull wild. B’donazzjoni tal-gameti anonima wieħed jiċħad l-ulied li bioloġikament huma tiegħu b’għażla.

3. Il-dinjità u d-drittijiet tal-embrijun uman mhedda Hawn eżempju ċar ta’ kemm il-liġi tagħmel oġġett minn ħajja ġdida fil-bidu tagħha. Aħna nagħtu oġġetti mhux ulied, trabi mhux imwielda jew embrijuni.

• Fl-abbozz insibu li “ġenitur prospettiv” tfisser kwalunkwe persuna irrispettivament millġeneru jew orjentazzjoni sesswali…”
Hawn spiċċa l-kunċett li t-tarbija għandha dritt ikollha omm u missier u li kemm jista’ jkun, tkun taf lill-ġenituri bioloġiċi tagħha u titrabba minnhom, dritt li nsibuh ukoll fil-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat Tfal.
• Iddaħħal il-kunċett ta’ single mothers by choice u unknown fathers by choice kif ukoll
posthumous conception L-aħjar interessi tat-tfal huma injorati għal kollox. Fejn qabel din kienet u għadha problema soċjali li l-gvern għaliha jipprovdi l-għajnuna, issa ser issir għażla! Inoltre, dan ifisser li l-materjal ġenetiku ser ikun jista’ jintuża wara l-mewt ta’ xi ġenitur.
• Il-kliem “omm”, “missier” jew “koppja mara u raġel” huma eliminati u minflok iddaħħlu
ġenitur/ġenituri prospettivi meta huwa fatt bioloġiku li biex tinħoloq ħajja ġdida għandek
bżonn tal-isperma tar-raġel u l-bajda tal-mara.
• Il-kelma “embrijun” hija ħafna drabi sostitwita mill-kliem “bajda fertilizzata”.
Din hi logħba bil-kliem. Fix-xjenza nsibu “bajda” u “sperma”. Malli l-bajda tiġi fertilizzata ma tibqax tissejjaħ bajda għaliex issa saret entità ġdida, organiżmu ġdid.
Ħadd ma jaddotta bajd fertilizzat. Jaddottaw embrijuni umani. Meta nużaw il-kelma “bajda
fertilizzata” nkunu qed nippruvaw innaqqsu valur minn dan il-ħolqien ġdid, tarbija, tifel jew tifla.
L-embrijun mhux oġġett imma ħajja ġdida. Min jirrikorri għall-IVF, ikollu embrijuni trasferiti fil-ġuf, mhux oġġetti. Ma jitwildux oġġetti iżda tfal.

4. Embryo cryo-preservation (freezing) huwa ppreżentat bħala għażla u mhux eċċezzjoni lill ġenituri prospettivi. Hemm attentat biex jidher li dan ser isir fl-aħjar interess tagħhom meta huwa tant evidenti li dan mhux il-każ. L-iffriżar ser jiddaħħal biex jagħmel oġġett mill-embrijun fil-maġġor parti tal-każijiet. Ser jirriżulta f’għażla ta l-ahjar embrijuni u ‘stockpiles’ ta’ “surplus embryos”. Ħajjithom titpoġġa f‘futur inċert u riskjuż. Ma jitħallewx ikomplu jgħixu, jistgħu jagħmlu snin fil-friża bir-riskju li ħafna jitilfu ħajjithom. U dan biex ngħidu li kull min jixtieq tarbija issa ser naghtuh ċans.

5. Anonymous gamete donation tidħol b’emenda ta’ żewġ kelmiet –Insibu fl-Art. 3(a) tal-abbozz: “prokreazzjoni assistita b’mod mediku u donazzjoni ta’ gameti” Dan meta nafu kemm hemm problemi etiċi assoċjati ma’ din il-prattika. It-tfal għandhom dritt ikunu jafu l-identità taghhom, il-ġenetika tagħhom, l-istorja tagħhom. Tfal li twieldu minn din il-prattika
jitkellmu u jgħidu kemm iħossuhom imweġġa’ li d-drittijiet tagħhom huma injorati.
Fl-Ingilterra, donor-concieved Joanna Rose fetħet kawża li rebħet u sussegwentement, id-donazzjoni anonima tal-bajda u l-isperma fl-Ingilterra saru pprojbiti. U aħna Malta nħossuna li nistgħu ninjoraw id-dritt tat-tfal li jitwieldu minn dawn il-prattiċi.
Reġistru li huwa marbut b’anonimità u li jagħti biss informazzjoni medika jekk ikun il-każ, mhux ta’għajnuna ghal dawn it-tfal u l-mistoqsija dwar l-identità tagħhom. Kif ser ikunu jafu li għandhom ħuthom fil-każ ta’ ġuvni jew tfajla li jagħtu donazzjoni u wara jkollhom l-ulied bioloġiċi tagħhom?

6. Dekriminalizazzjoni ta’ surrogacy altruistika
Dan il-kunċett huwa ġdid – tarbija tinġarr fil-ġuf ta’ mara li ma tkunx ser trabbi t-tarbija. Din tagħti ttarbija lil min ikun ser irabbiha kif titwieled. Ix-xjenza tgħallimna li l-bonding mal-omm bioloġika tibda malli t-tarbija tibda tikber fil-ġuf . It-tarbija fil-ġuf ta’ ommha tħoss l-emozzjonijiet tal-omm u tagħraf leħinha. Is-surrogacy iċċaħħad lit-tarbija minn dan, fost affarijiet oħra. Il-kunċett ta’ surrogacy jagħmel ukoll mill-mara surrogata oġġett. Il-movimenti feministi ma jaqblux ma dan.

7. Kawżi legali – hemm l-impressjoni li l-Awtorità ser issolvi l-problemi etiċi u legali kollha li
ser joħloq dan l-abbozz. X’ser jiġri fil-każijiet ta’ separazzjoni u kwistjonijiet ta’ ownership talembrijuni? Kif jidher, l-emendi proposti jinjoraw kompletament id-drittijiet tat-tfal li jitwieldu minn din it-teknoloġija, filwaqt li joħolqu problemi etiċi u legali għall-ġenituri prospettivi.

Dr Miriam Sciberras BChD (Hons) MA Bioethics
Chairman Life Network Foundation Malta
www.lifenetwork.eu

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*