Stqarrija dwar Abbozz 198: Abbozz perikoluz li jimmina il-Kostituzzjoni

Stqarrija dwar Abbozz 198: Abbozz perikoluz li jimmina il-Kostituzzjoni

Il-Life Research Unit  jinsab serjament imhasseb dwar l-Abbozz Nru 198.

Huwa ta’ thassib li dan l-abbozz jista’ jwaqqa’ u jgib fix-xejn sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali li iddecidew illi f’kull stadju ta’ proceduri  li jwasslu ghal pieni   amministrattivi  ta’ eluf ta’ ewro, ic-cittadin ghandu dritt li jidher quddiem qorti tal-gustizzja, u mhux tribunal jew ufficjali jew korporazzjonijiet pubblici.

Bl-emenda proposta ghall-Att dwar l-Interpretazzjoni, il-legislatur qed jipprova  jbiddel it-tifsira tal-Kostituzzjoni b’semplici maggoranza ta’ wiehed fil-Parlament minnflok iz-zewg terzi rikjesti.

Dan hu precedent ferm inkwetanti ghal kull min jahdem ghad-difiza tal-hajja. Jekk dan il-metodu isehh, ikun inholoq precedent ikrah, fejn kull Gvern fil-futur qarib jew mbieghed jista’ b’maggoranza ta’ wiehed fil-Parlament ibiddel it-tifsir u s-sostanza  ta’ kliem bhal  “persuna” jew “hajja“ fl-artikolu 33 tal-Kostituzzjoni  u, nghidu ahna, jeskludi it-trabi  mhux imwielda mid-definizzjoni ta’ “persuna”, jew idahhal l-ewtanasja billi jbiddel it-tifsira  tal-kelma  “hajja”.

Huwa ta thassib serju ukoll, illi b’dan l-abbozz il-Gvern  sejjer jippermetti  il-Bord tal-Ugwaljanza fl-Abbozz Nru 97 (dwar l-Ugwaljanza) sabiex jimponi pieni amministrattivi kbar (20, 000  euro multa u penali ta’ 500 ewro kuljum) fuq ghaqdiet u/jew istitzzjonijiet  li jinstabu hatja minn persuni lajci nominati mill-Gvern ta’ “diskriminazzioni”,  liema  kelma hija definita bl-iktar mod vag fl-Abbozz Numru 97 . Dan meta l-Qorti Kostituzzjonali ddecidiet li qorti biss tista’  timponi pieni   bhal dawn.

Il-Kostituzzjoni ghandha tibqa’ l-ghola protezzjoni tal-ligi f’pajjizna.

Huwa ferm importanti li jkun hawn gharfien li l- Kostituzzjoni tista’ tigi mhedda jekk isehh dan il-precedent. Ghalhekk nistiednu l-ghaqdiet kollha mhux governattivi u ohrajn midhla tal-ligi, sabiex jesprimu il-preokkupazzjoni taghhom. Nitolbu lill-ghola Awtoritajiet ta pajjizna inkluz lill-President ta’ Malta sabiex jassigura li l-Kostituzzjoni ta pajjizna ma tigix imminata. 

Il-Life Research Unit huwa l-Advisory Legal Unit fi hdan il-Life Network Foundation.

22 Marzu, 2021.

Life Network Foundation

www.staging-lifenetwork.stagingcloud.co