https://vimeo.com/200178952?from=outro-embed
Rapporti maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċina fuq il-Morning After Pill ellaOne, jgħidu iswed fuq l-abjad li din il-pillola jista’ jkollha effett abortiv.
Ma’ Newsbook.com.mt, Dr Bruno Mozzanega, Professur tal-Ġinekoloġija fl-Università ta’ Padova, spjega kif l-Ulipristal Acetate, jiġifieri l-ingredjent attiv fl-ellaOne, jaltera l-parti fil-ġuf tal-mara fejn l-embrijun jimpjanta ruħu.
“Jekk il-liġi ta’ Malta tħares il-ħajja sa mill-konċepiment, il-MAP hija disponibbli iżda mhux legali,” kompla l-Professur.