Dr. Miriam Sciberras presents evidence showing MAP is Abortifacient

Dr. Miriam Sciberras presents evidence showing MAP is Abortifacient at the Joint Meeting of the Social Affairs Committee, the Health Committee and the Family Affairs Committee on the 27th July 2016.

 

 

 

Prezentazzjoni minn Dr Miriam Sciberras, Chairman Life Network Foundation Malta quddiem il-Kumitat Konġunt tal-Familja/Socjali/Saħħa  tal-Parlament Malti

 

Suggett: Diskussjoni dwar Il-Morning After Pill/Emergency Contraception wara domanda li saret sabiex jigu ntrodotti zewg pilloli, lenonogestrel (LNG) u ullipristal acetate (Ella One).

 

Dwar x’hiex qed nitkellmu?

Zewg tipi ta’ pilloli li jahdmu b’modi divers li l-ghan taghhom hu li ma jkunx hemm tqala meta mhux mistennija jew mixtieqa.

 

Punti mressqa sa issa ghad–diskussjoni

  1. Id-Dritt tal- mara li tippjana u tikkontrolla u tispazja l-ulied fil-famlja taghha.
  2. Access ghal dawn il-pilloli ghax hawn ohrajn li ghandhom effetti simili.
  3. Kontracettivi jew abortivi ? – sa issa hadd sa issa ma rnexxielu jnehhi d-dubju b’mod xjentifiku’ li m’hemmx element abortiv.
  4. L-effett fuq is-socjeta Maltija fit-totalita taghha – dan sa issa hadd ma tkellem dwaru u huwa punt importanti fid-diskussjoni.

 

 

  1. Id-Drittt tal-Mara

 

 

Id-dritt assolut tal-mara fuq gisimha fil-pajjizi ta’ madwarna fisser li dawn ILLEGALIZZAW LABORT bis-slogan li ‘every child must be a wanted child.’    Tafu li dan is-slogan ghadu  jintuza sa llum il-gurnata minn mindu harget bih Margaret Sanger u l-Planned Parenthood.Illum huwa slogan tal UN Population Fund (Ref http://www.unfpa.org/about-us)

 

L-argumenti civili li saru hawnhekk sa llum huma l-istess argumenti li saru f’pajjizi ohra  meta gie ntrodott l-abort.

Ahna l-hemmhekk irridu mmorru?

 

Ma tirrikjedix xi ‘ligi drakonjana’ kif qal il Proff Serracino Inglott, izda ligi ohra li tafferma dak li diga’ ghandna bhala protezzjoni tal-hajja. Tkun sempliciment kontinwazzjoni  tal-istand li dejjem hadet Malta favur il-hajja.

 

Il-fatt li hemm pilloli jew devices li b’ xi mod ghandhom effett sekondarju li jistghu jpoggu lhajja tal-embrijun uman fil-periklu mhux argument sufficjenti u san biex tintroduci pilloli ohra li l-effett primarju taghhom hu li jeliminaw il-possibilta’ ta’ tqala mhux ippjanata u li hemm evidenza xjentifika li huma ukoll primarjament abortivi.

 

Jekk nuzaw dan l-argument  bhala skuza inkunu ftahna t-triq ghal abort.

 

Dan ghaliex l-abortion drug RU 486 hija mill-istess familja ta’ drugs tal-Ella One.

 

Imbaghad wara dan niggustifikaw l-abort ghaliex la bdejna n-nizla sfortunata issa nkompluha.

 

L-argument minn NCPE fis –Seduta ta’ nhar it-Tnejn  25 ta Lulju ,2016 kien ferm dizappuntanti:

 

 

 

Innotaw li qeghdin f’punt li nbiddlu kollox fejn tidhol protezzjoni tal-Hajja!

 

Nitlobkom toqghodu attenti ghaliex bid-decizjoni taghkom bhala rapprezentanti tal-poplu inthom qed iggorru responsabbilta’ kbira f’dan ir-rigward, meta tafu  wkoll li sa llum l-abort hu reat kriminali, inkluz il-komplicita’ fih.

 

 

  1. Access ghal dawn il-pilloli ghax hawn ohrajn li ghandhom effetti simili.

 

X’ pilloli qeghdin insemmu?

Huwa minnu li ghandna pilloli fis-suq li bhalissa jista’ jkollhom l-istess effett  abortivi izda lpunt krucjali hu li dawn mhux importati bl-iskop li jintuzaw hekk, u lanqas  bhala morning after pill. .  Ghalhekk, l-argument taghkom hu fuq l-abbuz ta’ dawn il-pilloli li johloq l-istess effett.

 

Ghaliex  il-MAPs mhux  fis–suq Malti?

Ghaliex  ghandna l-Kodici Kriminali li jipprotegi l-hajja mill-koncepiment u dawn ghandhom jew jista’ jkollhom effett li hu primarjament abortiv.

Nisraqsu, L-Avukat Generali qieghed jara l-aspett xjentifiku u qieghed jivverifika jekk il-MAP hijiex abortiva u allura li tmur kontra l-ligijiet tal-pajjiz?

 

 

Kien hawn hafna kelliema li lkoll poggew papers  dwar dawn il-pilloli u li tkellmu dwar diversi punti li ahna ukoll irricerkajna.

 

Ahna ukoll ghamilna ir-ricerka taghna, izda mhux biss. Bhala  grupp ta’ professjonisti u nies ohra  li nghozzu l-hajja u d-dritt tal-hajja f’kull stadju taghha, ahna niehdu kull theddid ghal hajja umana bis-serjeta. Filwaqt li rrikorrejna lejn specjalisti lokali li hafna minnhom hassewhom li ma kienux konfidenti jinterpretaw ir-ricerka varja li tezisti, ahna rrikorrejna ghal esperti u ginekologi u ricerkaturi li diga’ ghaddew minn din l-esperjenza f’ pajjizi ohra u li ta’ kuljum jiggieldu dawn il-gliediet f’pajjizhom fejn l-abort huwa diga’ legalizzat.

 

Fl-Istati Uniti hemm l-ACOG ( American College of Gynaecologists) li biddlet id-definizzjoni ta’ pregnancy  fin-1965 u hemm il- AAPLOG – (American Association of Pro Life Obstetricians and Gynaecologists). Dawn qatt ma accettaw it-tibdil tad-definizzjoni  ghaliex  jirrifjutaw li jinjoraw l-ewwel gimghatejn tal-hajja umana.

 

Hafna mid-dokumenti li ser inpoggi huma dawk suggeriti minnhom. Huma janalizzaw kull studju li jsir, jaraw il-bias li jkun hemm u jesponuh. Hemm hafna studies impoggija li huma IN VITRO u mhux in VIVO.Dawn huma limitati hafna ghaliex ma jkunu qatt rapprezentattivi ta’ xi jkun qed jigri fil-gisem tal-bniedem fit-totalita’ tieghu.

 

  1. Kontracettivi jew abortivi – hadd sa issa ma rnexxielu jnehhi d-dubju li m’hemmx element abortiv.

 

Conclusion

 

What is at stake?

At stake is the denial of the first 2 Weeks of embryonic life.

 

This means leaving a window open to the trafficking, disposal, selection, donation and freezing of embryonic human beings at will, and embarking on the road to abortion. This means altering the stand that Malta always had in providing a safe haven for the unborn from conception.

Il-Ktieb tas-sewqan,The Highway Code, jistipola  ‘when in doubt stop’.

Il-Precautionary principle jghidlek li fejn ma hemmx certezza ghandek tuza l prudenza.

Certezza ma hawnx!!! Dubju hawn kemm trid.

Jiena f’ isem il Fondazzjoni Life Network u ohrajn favur il Hajja inkluz il-Gift of Life inhallikom b’zewg kwotazzjonijiet u suggeriment.

 

Il Hippocratic OathFirst do no harm.

 

Nappella ghal prudenza f’din id-decizjoni. Il-pajjizi kollha tal-Ewropa, u anke pajjizi ohra, ghajnejhom fuq Malta ghax ahna biss bqajna sodi niddefendu l-hajja sa mill-bidu nett.

 

Suggeriment

 

Il-Papers depozitati kollha ghandhom ikunu available ghal skrutinju u kummenti ghal zmien stipulat imbaghad ikun hemm diskussjoni bejn min issottometa l-kummenti u x-xjenza relevanti kkwotata.

Trasparenza f’dan il-process ikun ta’ gid ghal partijiet kollha koncernati.

 

Stante n-natura legali tal-kaz, u l-impatt potenzjali tieghu fuq ligijiet ohra, fosthom l-abort, lUfficcju ta’ l-Avukat Generali ghandu jkun involut.

 

 

One life lost is too many. When in doubt choose life.

 

Dr Miriam Sciberras

27.07.2016

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Share Your Thoughts

Your email address will not be published. Required fields are marked *