Illejla fil-Belt Valletta qed tittella’ “il-mixja għall-ħajja”.
B’xemgħa f’idejhom, dawk li qed jieħdu sehem fil-mixja qed iwasslu messaġġ kontra l-abort f’kull forma tiegħu.
Fost dawk li qed jieħdu sehem, hemm ukoll Dr Rebecca Kiessling, li din il-ġimgħa f’intervista ma’ Newsbook.com.mt saħqet li l-abort mhux is-soluzzjoni f’każ ta’ stupru u l-ulied frott minn stupru għandhom dritt li jgħixu bħal kulħadd.
Il-mixja bdiet minn quddiem Kastilja kompliet għal quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann u waslet għal Bieb il-Belt fejn quddiem il-bini tal-Parlament tħejja palk apposta u qed jieħdu sehem grupp ta’ mużiċisti.
Ritratti: Ian Noel Pace