Ittra lil EU MEP biex jivvutaw kontra r-Rapport Matic 2021

Ittra lil EU MEP biex jivvutaw kontra r-Rapport Matic 2021

Il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju, 2021

Għażiż Membru tal-Parlament Ewropew,

Qegħdin niktbulek f’isem il-Fondazzjoni Life Network Malta, fondazzjoni li taħdem sabiex il-ħajja ta’ kull kreatura umana tkun protetta matul il-ħajja kollha tiegħu jew tagħha.

Kif taf, fit-23 ta’ Ġunju, l-Parlament Ewropew sejjer jivvota fuq l-hekk imsejjaħ Rapport Matic, propost mill-Kumitat tan-Nisa.

Dan ir-rapport huwa edizzjoni ġdida tar-Rapport Estrela li fl-2013 kien ippropona l-abort bħala dritt fundamentali tal-bniedem. Il-Parlament dakinhar ġustament irriġetta dak ir-Rapport, l-aktar abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà peress li materji relatati mal-abort huma mħollija, skont it-Trattati, f’idejn u fil-ġuriżdizzjoni esklussiva tal-Istati Membri.

Issa għandna edizzjoni ġdida – Ir-Rapport Matic. Din id-darba ir-Rapport mhux biss isejjaħ l-hekk  imsemmi dritt għall-abort bħala dritt tal-bniedem; iżda wkoll fih talba urġenti lill-Istati Membri sabiex jassiguraw  li l-għaqdiet favur il-ħajja ma jitħallewx iktar jipprovdu informazzjoni u edukazzjoni f’pajjiżhom u li l-edukazzjoni dwar is-sess issir obbligatorja fl-iskejjel primarji sabiex b’hekk issegwi l-linji gwida tal-WHO.

Ir-Rapport jirrakkomanda finanzjament mill-Istat għall-abort kif ukoll li jitneħħa d-dritt li professjonista jkun jista’ jeżenta ruħu minn xi proċedura jew trattament minħabba oġġezzjoni ta’ kuxjenza rigward it-terminazzjoni ta’ tqala.

L-oġġezzjonijiet ewlenin tagħna bħala fondazzjoni favur il-ħajja huma dawn li ġejjin:

Aħna għalhekk bir-rispett kollu, nappellawlek sabiex teżerċita d-dritt tiegħek li tivvota kontra l-adozzjoni ta’ dan ir-Rapport. In vista tal-fatt li l-maġġoranza kbira tal-Maltin huma kontra li l-abort jitqies bħala dritt fundamentali tal-bniedem, huwa sewwa u xieraq li inti tesprimi d-diżapprovazzjoni u t-tħassib tiegħek meta r-Rapprt jitressaq għall-votazzjoni mill-Parlament Ewropew

Aħna qegħdin għad-dispożizzjoni tiegħek għal kull mistoqsija li trid tagħmel jew informazjzoni li inti tkun tixtieq minn għandna.

Inselli ghalik,

Dr. Miriam Sciberras BChD (Hons) MA Bioethics

Chairman | Life Network Foundation Malta

Share Your Thoughts

Your email address will not be published. Required fields are marked *