Home > Malta > Press statement response Ghal President

25.04.2018

Life Network Foundation Malta

Il-Fondazzjoni Life Network Foundation tirringrazzja lill-Eċċelenza tagħha, l-President Marie-Louise Coleiro Preca tal-intervent tagħha fid-diskussjoni dwar l-Emendi proposti ghal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.

Il-Fondazzjoni taqbel li kif qalet il-President,ikun hawn “perjodu itwal ta’ riflessjoni sabiex jinstemgħu l-vuċijiet dwar l-emendi li qed jipproponi l-Gvern  ” Kif kompliet il-President,“It-trattament tal-IVF hu suġġett delikat li jeħtieġ  li jkun diskuss f’ambjent seren, u li jibbilanċja l-qsim il-qalb li jaffaċċjaw koppji bla tfal, ma’ kwistjonijiet etiċi sensittivi li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-embrijuni.” Il-Fondazzjoni issostni li hemm bżonn li naghtu każ id-drittijiet tat-tfal li jitwieldu minn dawn il-proċeduri . Ma jagħmilx sens li nagħmlu oġġetti minn uliedna.

Il-Fondazzjoni tistieden lil partijiet interessati li ghandhom ghal-qalbhom il-ġid tas-soċjeta Maltija li jilqghu it-talba tal-President ta Malta ghal medjazzjoni. Madwar il-mejda jeħtieġ li jkun hemm dibattitu bilanċjat u fattwali  u li jkun hemm minn jirrapreżenta l-partijiet kollha. Min ghandu nteress pekunarju ma jistax jaghti kontribut bilanċjat.

Dr Miriam Sciberras BChD (Hons) MA Bioethics

Chairman Life Network Foundation Malta

www.lifenetwork.eu

Contact 00356 9944 6174

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.