Home > Life Network > Stqarrija-Appell favur il-ħajja u kontra id-dekriminalizazzjoni tal-abort

Appell favur il-ħajja u kontra id- dekriminalizazzjoni tal-abort

mill-Life Research Unit fi ħdan il-Fondazzjoni Life Network Malta

L-abbozz ta’ liġi ppreżentat mid-deputata Marlene Farrugia ma hu xejn ħlief tentattiv sabiex jigi introdott u pprattikat l-abort f’ Malta u b’hekk kull tqala tkun tista’ tigi mwaqqfa minn omm jew professjonist mediku, u t-tarbija f’gufha meqruda.

Il-Fondazzjoni Life Network Malta joggezzjona bil-qawwa kollha ghal dan l-abbozz li jipproponi dekriminilizazzjoni tal-abort ghal diversi ragunijiet:

  1. Il-liġi għandha dimensjoni simbolika. Dekriminalizazzjoni ta’ xi att  fiha nfisha tfisser dikjarazzjoni li dan l-att huwa permissibbli, u agħar min hekk huwa aċċettabli.

L-abort mhux att ta dan it-tip għaliex it-tarbija fil-ġuf titlef ħajjitha. Il-proposta li l-provvedimenti dwar l-abort jigu revokati jfisser li l-abort ma jibqax meqjus bhala reat kriminali. Storikament, il-ligi kriminali kontra l-abort, barra li dejjem kellha valur strumentali ta’ deterrent sabiex l-abort f’Malta ma jsehhx u sabiex kull min jaghmel dan ir-reat jew jghin sabiex dan ir-reat isir, jigi ikkundannat skont il-ligi (u ghalhekk issir gustizzja mat-tarbija li qatt ma inghatat l-opportunità li tghix), din il-ligi kienet u ghadha meqjusa bhala wahda simbolika ghaliex tirrifletti obbligu morali – dik tal-protezzjoni tal-hajja mhux imwielda.

  1. Id-dikriminalizzazzjoni tal-abort iwassal mhux biss li l-abort ma jibqax jitqies bhala reat kriminali imma li ma jkunx regolat u facilment iwassal ghal abbuz ghax isir permissibbli (a) f’kull stadju tat-tqala anki lejliet it-twelid u (b) f’kull cirkostanza. Apparti minn hekk, tobba u infermiera jkunu jistghu jeqirdu l-hajja ta’ tarbija mhux imwielda, qisu ma gara xejn u bil-libertà kollha, u dan meta sal-lum-il gurnata l-abort jitqies minn bosta professjonisti medici Maltin u barranin li jmur kontra l-principji tal-etika li fuqhom jimxu u li jorbtu lill-professjonisti medici fil-prattika taghhom. Aktar gravi minn hekk, l-abbozz jirrevoka wkoll il-provvediment li jikriminalizza l-abort ikkagunat minhabba negligenza medika jew b’nuqqas ta’ hila!

  1. Kull min twieled kien xi darba mnisssel f’guf ta’ omm. Dan id-don u privilegg  tal-hajja issa qed jigi propost li jigi mċahhad lil haddiehor. Kull tarbija mnissla fil-guf tkun tinsab fil-periklu li, meta jridu, il-genituri jew anki l-omm biss, jeqirduha. Hu sinifikanti li kull min jitkellem favur l-abort, twieled diga’ ghax ommu ma qerditux.

  1. Id-dritt fundamentali tal-hajja, sancit mill-Kostituzzjoni Maltija, ma jista’ qatt  jiddependi mir-rieda  tal-omm. Il-ligi Maltija tirrikonoxxi wkoll li t-tarbija fil-ġuf bhala recipjent ta’ certi drittijiet civili. Dan l-abbozz ser ikun qieghed jikkaguna inkonsistenza bejn il-ligi kriminali u dik civili. L-abbozz imur anke kontra l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni li jipproteġi l-ħajja umana sa mill-konċepiment, fl-istadju bikri tagħha.

  1. Ebda partit politiku, u wisq anqas membru parlamentari individwali, m’ghandu xi mandat elettorali sabiex jintroduci l-abort f’Malta illum.

Id-dritt tal-ghazla li l-proponenti tal-abort jippretendu li kull mara tqila ghandha m’huwiex dritt fundamentali izda sempliciment idea li tikkontradixxi b’mod assolut id-dritt fundamentali ghall-hajja. L-unika ghazla li titwarrab u tigi mghaffga b’dan l-abbozz hija dik tat-tarbija mhux imwielda, li ghax m’ghandhiex vuci u hija dghajfa u vulnerabbli, hija mikxufa ghal abbuz. Dik ma hix “ghazla” izda qerda ta’ hajja umana.

Il-Fondazzjoni Life Network Malta taghmel appell imqanqal lill-mexxejja ta pajjizna kontra d-dekriminalizazzjoni tal-abort. Appell sabiex inkomplu nipproteġu l-ħajja, nniġġieldu kontra kull thedida kontra l-ħajja umana, u weghda li nkomplu noffru u nżidu s-servizzi taghna sabiex nisa tqal isibu kull ghajnuna. Irridu  nkunu hemm ghall-ommijiet tul it-tqala u wara, sakemm ikun hemm il-bżonn.

Il-Fondazzjoni Life Network Malta jappella lid-deputati kollha fil-Kamra tad-Deputati sabiex jibqghu leali lejn il-principji taghhom, u lejn il-mandat li taghhom il-poplu, u jaghzlu l-ħajja u mhux il-mewt.

Sa issa ħarġu żewġ dikjarazzjonijiet mill-partiti politiċi. Id-dikjarazzjoni tal-PN hija ċara u kontra d-dekriminalizzazjoni tal-abort. Il-PL, filwaqt li jtenni li huwa favur il-ħajja u kontra l-abort, ma jaghmilx dikjarazzjoni kontra d-dekriminalizazzjoni tiegħu. Nittamaw li fil-jiem li ġejjin tali dikjarazzjonijiet joħorġu aktar ċari fl-interess tal-protezzjoni tat-trabi fil-ġuf.

 

2 Comments, RSS

Your email address will not be published. Required fields are marked *

*

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.