“Ta’ 12-il sena ghandhom ikunu jafu dwar l-abort” – Newsbook.com.mt

Aisling Hubert tfajla Ingliza ta’ 21 sena ilha ghal dawn l-ahhar 7 snin tahdem biex tbiddel il-mod kif in-nies iharsu lejn l-abort.

Aisling bhalissa tinsab Malta ghal-laqgha organizzata mill-ghaqda Life Network bhala parti minn progett ta’ edukazzjoni pubblika dwar l-abort.

Ma’ Newsbook.com.mt, Aisling qalet li hemm bzonn li l-adoloxxenti jkunu jafu x’inhu abort.

Dwar ta’ liema età z-zghazagh ghandhom jibdew isiru jafu dwar l-abort u l-konsegwenzi li jgib mieghu, Aisling qalet li kif il-genituri jhallu t-tfal taghhom jaraw films u loghob vjolenti, bl-istess mod m’ghandhomx izommuhom lura milli jaraw ritratti grafiċi.

Kompliet tghid li fl-Ingilterra tifla ta’ 12-il sena ghandha d-dritt taghmel abort minghajr il-kunsens tal-genituri, allura, fi kliem iz-zaghzugha, ta’ dik l-età ghandhom jibdew jitghallmu dwar il-hajja li tibda fil-guf.

Qalet li “xi darba l-guf kien il-post li joffri kenn u sigurtà ghat-tarbija, izda issa dan sar l-aktar post perikoluz”.

Dwar jekk tahsibx li l-abort xi darba ghad jidhol f’Malta, it-tfajla Ingliza qalet li normalment, irid ikun hemm generazzjoni, madwar 20 sena, biex jibdew jittiehdu passi, u milli rat, dan digà qieghed isehh.

Sostniet li jekk mhemmx l-edukazzjoni xierqa, kaz wiehed ta’ abort jista’ jkun il-bieb ghal-legalizazzjoni tal-abort.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali ghall-Istatistika u d-Dipartiment ghas-Sahha fir-Renju Unit, mill-1990 sal-2012 kien hemm 1,275 kaz ta’ nisa Maltin li ghamlu abort fl-Ingilterra jew Wales. Dan ifisser li fuq medda ta’ 22 sena, kull sena, 58 mara Maltija ghamlu abort.

Aisling tahdem ma’ Abort67, parti minn progett tal-Bioetika fl-Ingilterra, li jqajjem kuxjenza dwar kif persuna thares lejn l-abort.

Dr Miriam Sciberras minn Life Network, qalet li l-edukazzjoni ssir billi persuna tara l-verità, anke jekk ghas-soċjetà dan huwa tabù.

Sostniet li f’Malta hafna min-nies huma favur il-hajja, izda l-lingwagg qed jinbidel biex jahbi x’inhu l-abort, u ghalhekk hemm bzonn ta’ kampanja edukattiva.

Dr Sciberras fakkret li ghal kull ghazla hemm konsegwenza.

 

See source article, taken from Newsbook.com Julia Callus “Ta’ 12-il sena ghandhom ikunu jafu dwar l-abort”.