“Int Id-Dawl Ta’ Ħajjitna” – Tamara Webb Tiċċelebra Għeluq It-Twelid Ta’ Bintha

“Int Id-Dawl Ta’ Ħajjitna” – Tamara Webb Tiċċelebra Għeluq It-Twelid Ta’ Bintha

Il-personalità tal-midja Tamara Webb illum żvelat li t-tifla tagħha Pixie Rose għadha kif għalqet xahrejn! “Ma nistax ngħid li ‘ż-żmien tar’ għax inħoss li hi kienet parti minni ħajti kollha,” kitbet Tamara fuq il-midja soċjali.

Iżda x’ġara eżatt f’dawn ix-xahrejn ta’ ħajja u mħabba? Tamara żvelat li Pixie Rose “kellha l-ewwel tbissima tagħha u dewbitilna qalbna.”

Tamara kompliet billi kitbet lista tal-aktar affarijiet li Pixie Rose tħobb tagħmel.

“Tħobb iżżomm rasha ‘l fuq għal perjodi ta’ żmien estiżi, l-aktar fuq missierha!”

“Tħobb leħen il-mamà u tidher ukoll li xi kultant trid titkellem magħha”

“Tħobb il-ħin ta’ filgħodu, tieħu nagħsa u l-bobo tagħha”

“Mhux dilettanta tal-ħin ta’ filgħaxija, il-ħin taż-żaqq u wisq bews”

Fl-aħħar, Tamara kitbet: “Int id-dawl ta’ ħajjitna. Happy 2 months baby girl.” Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Tamara u Ken aktar mumenti mill-isbaħ bħal dawn. Awguri mill-qalb liċ-ċkejkna Pixie Rose!

 This is a gwida.mt  opinion piece

Ref: https://www.gwida.mt/mt/bir-ritratt-int-id-dawl-ta-hajjitna—tamara-webb-ticcelebra-gheluq-it-twelid-ta-bintha?fbclid=IwAR3kMGQuHKWd2k6BiihAot3lHEUqM-GuqX3LS7uZcn876I8YYyL5Z3egOiQ