Kien iwelled it-trabi u joqtolhom

Miktuba minn Anita Vassallo Piccinino

“Bdejt nipprattika aborti meta l-fetu ma kienx għadu żviluppa l-għadam. F’dawn il-każijiet, kont nuża magna li kienet taħdem biex tiġbed b’saħħa kbira l-fetu barra mill-utru tal-omm. Meta l-fetu kien ikollu bejn 8 u 12-il ġimgħa u jkun diġà żviluppa l-għadam, kont nuża metodu aktar invażiv. Kelli strument bħal sikkina u “forceps” biex nifred il-partijiet tal-fetu minn xulxin. F’każijiet fejn il-fetu kien ikbar, kien ikun meħtieġ li nkisser ir-ras.” – Dr John

Wieħed mill-mistiedna waqt l-aħħar March for Life, Dr John, tabib li darba kien involut fi prattiċi tal-abort, tkellem dwar l-esperjenza tiegħu. Hu jiddeskrivi dawn il-proċeduri bħala ‘att barbaru’.

‘Il-March for Life’, hija mixja favur il-ħajja. Il-Fondazzjoni Life Network taħdem bis-sħiħ mhux biss biex tgħin lin-nisa li jkunu qed jikkunsidraw l-abort, iżda joffru l-għajnuna biex wara li l-ommijiet jkollhom it-tarbija tagħhom permezz tal-‘after care’, jibqgħu jieħdu ħsiebhom.

L-aftercare hija maħsuba biex tgħin lin-nisa u l-familji tagħhom jirkupraw emozzjonalment, fiżikament, u psikoloġikament, filwaqt li joffru appoġġ biex il-mara tirritorna lura fid-dinja tax-xogħol, studju u dak kollu li jkollha bżonn biex terġa’ tibda tgħix ħajjitha mill-ġdid.

Dr John beda jistaqsi lilu nnifsu ħafna mistoqsijiet. Jekk l-abort hu tassew aċċettabbli, kif jista’ jkun li 18% biss tat-tobba fl-Istati Uniti jaċċettaw li jagħmluh? Huwa jkompli jistaqsi kif f’kamra waħda fetu jkun meqjus bħala tarbija għax l-omm tridha, iżda f’kamra oħra, l-istess fetu jista’ jkun meqjus bħala xi ħaġa li tista’ tinqered għax l-omm ma tridhiex.

Esperjenza li wasslet lil Dr John ibiddel ħajtu meta darba kellu żewġ pazjenti fl-istess ġurnata. F’kamra waħda, kien hemm mara li riedet lit-tarbija tagħha, u Dr John għamel minn kollox biex it-tarbija titwieled filwaqt li f’kamra oħra, kellu mara li ma riditx it-tarbija tagħha, u Dr John wettaq l-abort. B’xokk kbir kif spiċċa mill-abort, din it-tarbija twieldet għadha ħajja u bdiet tibki. Illum, Dr John, ma baqax jipprattika l-abort iżda jaħdem bis-sħiħ biex jitkellem dwar il-valur tal-ħajja.

Dr Miriam Sciberras, is-CEO tal-Life Network Foundation, tisħaq li kull mara li tinsab f’diffikultà għandha ssib id ta’ wens. Għalhekk infetħet id-dar, ‘Tgħanniqa ta’ Omm’, fejn fiha toffri ambjent sigur għal nisa tqal li jinsabu f’sitwazzjonijiet diffiċli. Jgħinuhom f’dak kollu li jkun hemm bżonn. Jagħtuhom post fejn jgħixu, sapport kontinwu wara li titwieled it-tarbija u għajnuna essenzjali bħall-ikel u ħwejjeġ għat-tarbija.

Jekk tħossok waħdek, jekk taħseb li ħajtek spiċċat u taħseb li ma għandekx għażla oħra. Jekk qed tikkunsidra li ttemm it-tqala ftakar li hemm l-għajnuna u li m’intix waħdek.

Ikkuntattja lil-Life Network Foundation fuq: 2033 0023

Published on Newsbook.com.mt

Photo by Erika Lanzafame

Tarbija titwieled b’saħħitha minkejja li t-tobba ssuġġerew li jsir abort

Madwar 20 sena ilu, omm ta’ żewġt itfal li kienet qed tistenna tarbija ingħatat l-aħbar li t-tarbija fil-ġuf mhux qed jiżviluppalha l-moħħ kif mistenni, u li kawża ta’ hekk, ikun aħjar li tirreferi għall-abort, liema parir ġie rrifjutat mill-ġenituri.

Din l-istorja ħarġet fil-beraħ matul simpożju dwar il-kura ħolistika għall-familji li qed jistennew tarbija li għandha xi forma ta’ diżabilità, organizzat mil-Life Network Foundation, fejn bosta ommijiet kif ukoll professjonisti fil-qasam mediku esprimew l-esperjenzi u sitwazzjonijiet xejn faċli li jaffaċċjaw. Fosthom tkellem ukoll it-tabib John Bruchalski li minn professjonist li kien jagħmel l-abort fuq nisa tqal wasal biex sar tabib favur il-ħajja, liema konverżjoni seħħet meta kien qed iwettaq abort fuq mara u fil-pront twieldet it-tarbija li kien se jtemmilha ħajjitha qabel iż-żmien.

Christina Galea Curmi rrakkontat li vista fir-raba’ xahar tat-tqala biddlet il-ħajja tagħha u tar-raġel. Minn sken irriżulta li fuq moħħ it-tarbija bdiet tidher marka li ma setgħux jinterpretaw x’tikkonsisti. Minkejja li saru numru ta’ testijiet inkluż MRI fuq il-fetu, ir-riżultati ma setgħu jikkonkludu xejn.

Għaldaqstant, il-koppja rrikorriet għal parir minn żewġ timijiet prominenti fil-qasam mediku ta’ sptarijiet prestiġġjużi f’Londra u Boston. Wara bosta evalwazzjonijiet, l-esperti waslu għall-konklużjoni li ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-moħħ tat-tarbija kien qed jiżviluppa. Minħabba t-tħassib tagħhom għall-iżvilupp newroloġiku tat-tarbija hija u tikber, il-professjonisti waslu biex issuġġerew lill-koppja tagħmel abort.

Madanakollu, il-koppja Galea Curmi rrifjutat dan il-parir, hekk kif għalihom li kienu diġà ġenituri ta’ żewġt itfal, kienu lesti li jilqgħu it-tielet wild tagħhom minkejja l-problemi li setgħet iġarrab. L-omm, Christina, qalet li kienu kommessi li jagħtu l-aħjar ħajja possibli lit-tifla tagħhom.

 

Katarina Galea Curmi

It-tarbija titwieled kompletament b’saħħitha

Meta wasal il-jum tat-twelid, Katarina twieldet b’C-section u għall-iskantament ta’ kulħadd, twieldet kompletament b’saħħitha. Għaldaqstant, il-biża’ u l-ansjetà mill-pariri li ngħataw mit-tobba sfaxxaw fix-xejn, hekk kif f’idejhom kellhom tarbija mingħajr ebda anormalità.

Għaldaqstant, matul il-konferenza Christina saħqet li l-parir tal-esperti mediċi ma kienx biss misinterpretazzjoni iżda wkoll kif minkejja l-iżviluppi mediċi li qed isiru fix-xjenza, xorta jistgħu jkunu suġġetti għall-iżball. Iktar minn hekk, semmiet kif wieħed ma għandu jissuġġerixxi t-terminazzjoni tal-ħajja għall-ebda raġuni.

20 sena wara, dik it-tarbija li skont l-esperti kellha tiġi abortita, Katarina, hija studenta li qed taħdem fil-qasam tas-saħħa u tiddedika l-ħajja tagħha fis-servizz lejn l-oħrajn. Il-ħajja tagħha, għaldaqstant, isservi bħala xhieda tal-valur fundamentali tal-ħajja tal-bniedem.

Ma’ Newsbook Malta, Katarina li tinsab fit-tielet sena tal-kors tagħha biex issir qabla – midwife – qalet li l-istudju tagħha qed jgħinha tapprezza dejjem iktar l-isfidi kbar li jgħaddu minnhom l-ommijiet u l-missirijiet fit-tqala.

Hi kompliet tgħid li l-istudju jikkonsolida l-għarfien tagħha speċjalment f’każijiet ta’ diffikultà għall-ġenituri u t-tarbija fil-ġuf. “Għalhekk napprezza dejjem iktar l-għażliet li għamlu l-mamà u l-papà,” qalet ma’ dan is-sit.

 

Katarina Galea Curmi

Min-naħa tagħha, l-omm sostniet li l-esperjenza li għaddiet minnha tiżvela l-bżonn li wieħed jistaqsi u jeżamina l-vuċijiet l-aktar b’saħħithom partikolarment dawk tal-awtorità.

Hija temmet id-diskors tagħha tistqarr li l-valur tal-ħajja ma jistax jitkejjel dejjem mill-aspett tas-saħħa jew tal-konvenjenza, iżda mid-determinazzjoni u l-fidi li twassal għal riżultati straordinarji.

Illum, il-Ħadd 1 ta’ Diċembru se jsir marċ favur il-ħajja li jitlaq mill-Pjazza Jean De Valette fil-Belt Valletta fit-3:00pm.

 

Article published by Newsbook

Patricia Sandoval at March for Life 2023

Patricia Sandoval – will speak about her Escape from Drugs, Homelessness, and the Back Doors of Planned Parenthood

Patricia came from a broken home, good and bad boyfriends, three abortions, a job at Planned Parenthood (where she was told never to reveal what she saw), followed by methamphetamine addiction and homelessness.

Patricia Sandoval’s life story is an unusually gripping, hard-to-put-down ride along a journey that leads to an extraordinary triumph of God’s mercy—the mercy that waits patiently for all of us.

The way that Jesus came to her in the streets will leave you breathless, as will the heights to which God has since carried her.

If you know of someone who believes they cannot be forgiven or return to Church, this is the book to give them. (Watch the video of reader comments below.) Read Transfigured. Be Transfigured.

Patricia now travels the world as a pro life speaker, sharing her story with millions in packed stadiums and on radio and television shows, such as EWTN’s Bookmark, Life on the Rock, Women of Grace, At Home with Jim and Joy; and in Spanish, on EWTN’s Cara a Cara, Nuestro Fe en Vivo, Ellas lo Dicen, De Dos en Dos—and now on her own show with Astrid Bennett Gutiérrez: Informe Provida

Country singer releases moving song about brother with Down syndrome

A country singer has released a new song about his younger brother with Down syndrome, celebrating the differences they have and urging for inclusion and acceptance.

 

John Paul Von Arx said on his website that he released the song and music video, which features his brother Sam, to “bring hope to parents expecting a baby with Down Syndrome and express [his] solidarity with families of people with special needs.”

 

Read the full article here.

Selfless mother-of-two volunteers to save abandoned premature babies

A 25-year-old Tanzanian woman has given up all her time to provide 24-hour ‘kangaroo care’ to abandoned premature infants.

The life of Mariam Mwakabunga, a selfless mother-of-two and a resident of Kinyerezi in Ubungo District in Tanzania, radically changed when she visited a hospital and discovered the plight of premature babies who had been abandoned. 

Read the full article here

Still fighting for the unborn in one of Europe’s last pro-life sanctuaries

International pressure to change Malta’s abortion law has ebbed and flowed, but has increased greatly in recent years.

On June 23, the Maltese Government made an abrupt positive pro-life U-turn, shelving an abortion “reform” bill the Labor Government had introduced in November 2022 and hoped to enact by Christmas.

It reversed course following a huge public outcry, compounded by the President’s threatened resignation if the bill passed Parliament. As a result, Malta remains one of the last countries in Europe that still protects unborn life.

See the full article here

How Malta Just Stopped Legalised Abortion

American pro-life attention since June 2022 has focused on the legal status of abortion in the aftermath of the Dobbs decision, removing Roe v. Wade’s straitjacket on states that wanted to protect prenatal life.

Fewer people know that during the same period, a similar pro-life fight played out on the Mediterranean island nation of Malta, one of Europe’s last two countries (alongside Poland) that provide substantial legal protection to unborn life.

Read the full article here

American College of OB/GYNs announces support for killing preborn humans ‘without limits’

The pro-abortion American College of Obstetrics and Gynecologists (ACOG) has announced that it will nationally support abortion up to birth “without limits.”

In an op-ed written by leaders of ACOG and the Society of Family Planning for The Washington Post, the groups stated that abortion “must be available without restrictions, without limitations and without barriers.”

Read the full article here

European bishops: there is no “fundamental right to abortion”

COMECE on the “ethical indefensibility” of an EU fundamental right to abortion

In the context of the public debate on including a supposed right to abortion in the EU Charter of Fundamental Rights, COMECE publishes the statement The Ethical Indefensibility of an EU Fundamental Right to Abortion elaborated by its Commission on Ethics.

Read more here

EU Bishops: ‘No such thing as a right to abortion’

EU Bishops: ‘No such thing as a right to abortion’

As the European Parliament prepares to discuss a second resolution reaffirming its support to the US 1973 ruling Roe v. Wade, which was recently overturned, the Catholic Bishops of the EU insist that abortion is not a fundamental human right.
 
See the full article here.