“Int Id-Dawl Ta’ Ħajjitna” – Tamara Webb Tiċċelebra Għeluq It-Twelid Ta’ Bintha
Il-personalità tal-midja Tamara Webb illum żvelat li t-tifla tagħha Pixie Rose għadha kif għalqet xahrejn! “Ma nistax ngħid li ‘ż-żmien tar’ għax inħoss li hi kienet parti minni ħajti kollha,” kitbet Tamara fuq il-midja soċjali.
Iżda x’ġara eżatt f’dawn ix-xahrejn ta’ ħajja u mħabba? Tamara żvelat li Pixie Rose “kellha l-ewwel tbissima tagħha u dewbitilna qalbna.”
Tamara kompliet billi kitbet lista tal-aktar affarijiet li Pixie Rose tħobb tagħmel.
“Tħobb iżżomm rasha ‘l fuq għal perjodi ta’ żmien estiżi, l-aktar fuq missierha!”
“Tħobb leħen il-mamà u tidher ukoll li xi kultant trid titkellem magħha”
“Tħobb il-ħin ta’ filgħodu, tieħu nagħsa u l-bobo tagħha”
“Mhux dilettanta tal-ħin ta’ filgħaxija, il-ħin taż-żaqq u wisq bews”
Fl-aħħar, Tamara kitbet: “Int id-dawl ta’ ħajjitna. Happy 2 months baby girl.” Aħna minn Gwida.mt nawguraw lil Tamara u Ken aktar mumenti mill-isbaħ bħal dawn. Awguri mill-qalb liċ-ċkejkna Pixie Rose!
This is a gwida.mt opinion piece