Ara kif tista’ tagħmel differenza b’dan il-kalendarju
Il-Fondazzjoni LifeNetwork Malta b’appell għal kalendarju tal-avvent
Diċembru huwa sinonimu mal-kalendarju tal-avvent, kalendarju li ta’ kuljum jagħtik rigal. X’taħseb li kieku din is-sena minflok tirċievi, tkun inti li tagħti rigal ċkejken kuljum? LifeNetwork Malta qiegħda toffrilek din l-opportunità.
Din l-organizzazzjoni volontarja, li tiddependi ħafna fuq il-ġenerożità tal-poplu Malti, tgħin lil tfajliet u nisa li jsibu ruħhom f’diffikultà waqt it-tqala billi toffri pariri professjonali u sapport.
Din is-sena minħabba l-pandemija, LifeNetwork Malta għandha bżonn iżjed għajnuna minn qatt qabel. Inti, flimkien mal-membri tal-familja tiegħek jew anke sħabek tista’ tagħmel differenza billi kuljum tpoġġi ġo kaxxa oġġett mil-lista ta’ hawn taħt. Wara l-25 jum, il-kaxxa tkun imtliet b’25 prodott u tistgħu tmorru biha fl-uffiċċju ta’ LifeNetwork Malta l-Belt Valletta jew inkella d-Dar Tgħanniqa t’Omm il-Mosta.
Bħala ringrazzjament, għal kull kaxxa li inti tagħti bħala donazzjoni, tingħata kalendarju tal-LifeNetwork Malta għas-sena 2021. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 77115433.
This is a www.newsbook.com.mt opinion piece