Il-Pillola tal-Għada Filgħodu (Morning-After Pill): Kun af il-fatti
Is-sopravivenza hija istint uman bażiku li jitqanqal hekk kif il-ħajja ta’ xi ħadd issib ruħha fil-periklu. Meta nifaċċjaw theddida, l-istint li naħarbu jew niġġieldu, l-iskop li nħarsu lilna nfusna, naraw li huma parti integrali minna lkoll. Ħafna minna jibqgħu ‘l bogħod minn sitwazzjonijiet li huma ta’ sogru jew ta’ periklu għall-ħajja, anke jekk dawn ikunu rikreattivi.
Dawk li jogħxew bl-adernalina għandu mnejn ifettlilhom jaqbżu minn ajruplan jew jixxabtu ma’ rdum, imma ħadd mhu se jagħmel hekk mingħajr l-apparat tas-sigurtà u mingħajr ma jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Il-ħajja prezzjuża u ħafna minna, f’każ ta’ dubju, jippreferu jagħżlu li jkunu kawti jekk ikun hemm l-inqas ċans li se jfeġġ xi il-periklu għal ħajjithom jew ħajjet ħaddieħor.
Mela allura, għaliex hemm min lest jilgħab ir-roulette Russa b’dik il-ħajja umana li qiegħda tifforma fil-ġuf?
Diġà kien hawn ħafna diskussjonijiet, artikli u dibattiti fuq il-Pillola tal-Għada Filgħodu (Morning Afer Pill), u jekk din hijiex abortifaċjenti jew le. Hawn ħafna li jsostnu li mhux vera din il-pillola għandha t-tielet funzjoni, jiġifieri li ma tħallix il-bajda fertilizzata timpjanta. Fi kliem ieħor, jgħidu li l-Pillola tal-Għada Filgħodu ma taffettwax bajda li tkun impjantata diġà, u allura m’għandhiex effett abortifaċjenti.
Kull min jagħmel ir-riċerka sew isib li ċerti studji urew li l-Pillola tal-Għada Filgħodu tassew tista’ ma tħallix il-bajda fertilizzata timpjanta fil-ġuf, spejalment jekk l-ovulazzjoni tkun diġà saret. Hawn min isostni li tqala tibda biss wara li-bajda ferilizzata timpjanta fl-utru. Effettivamnet qegħdin jgħidu li, jiġri x’jiġri lill-bajda qabel l-impjantazzjoni, qatt ma tista’ tgħid li hemm telfien ta’ ħajja.
Imma dan imur kontra x-xjenza li turina li l-ħajja tibqda mat-tnissil.
Skont l-American Association of Pro-Life Obstericians (AAPLOGG), “L-informazzjoni fuq it-tikketta ta’ Plan B tgħid li din il-mediċina ma tikkawżax abort fil-każ tqala impjantata, imma tammetti li għandu mnejn ma tħallix li ssir l-impjantazzjonu ta’ bajda fertilizzata (embrijun). Aħna noġġezzjonaw għal dan id-diskors ambigwu u qarrieqi. Li tittermina embrijun uman huwa abort, kemm qabel ma jimpjanta fl-utru u kemm qabel. Jekk il-kunsens se jkun infurmat u xieraq ifisser li l-mara għandha tkun infurmata b’mod ċar dwar il-possibiltà li jekk tuża l-pillola tal-għada filghodu jista’ jkun hemm abort.’’
Barra minn hekk,ellaOne kimikament tixbah lill-pillola abortiva magħrufa bħala RU-486, tant li dawn iż-żewġ pilloli qishom aħwa. Fil-fatt, instab li ellaOne mhux biss iżżomm l-impjantazzjoni milli ssir, imma anke tikkawża abort tal-embrijun wara l-impjantazzjoni. Tagħmel hekk billi “ma tħallix il-progesterone jeħel mal-ħajt tal-utru u b’hekk iċċaħħad lill-embrijun min-nutrijenti li jeħtieġ biex jibqa’ jgħix.’’
Dawn l-avvenimenti jista’ jkun li huma rari, imma jiġru.
Hemm argument qawwi ħafna li l-pillola tal-għada filgħodu jista’ jfixkel il-proċessi naturali tal-iżvilupp tal-bniedem u tqiegħed fil-periklu il-ħajja. Ħadd ma għandu jwarrab dawn l-argumenti bħallikieku ma jfissru xejn. Jekk tassew hemm il-periklu, żgħir kemm hu żgħir, kull min jgħożż il-ħajja għandu jieqaf u jaħseb.
Il-possibiltà li din l-hekk imsejħa pillola ‘’li ma tagħmilx ħsara’’ ikollha effett negattiv fuq il-bajda fertilizzata – il-ħajja l-ġdida – hemm qiegħda. Barra minn hekk, din il-mediċina għandha s-side effects tagħha fuq il-mara li toħodha. Il-mara għandha teżamina u tiżen dan is-sogru qabel ma tirrikorri għall-pillola tal-għada filgħodu.
Xi wħud iġibu l-argument li l-Pillola tal-Għada Filgħodu se twassal biex ikun hemm anqas aborti.
Madankollu, skont l-AAPLOG, id-data turi li anke meta n-nisa jkollhom ‘’il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza’’ b’xejn id-dar ma nstabel l-ebda differenza fir-rati ta’ tqala mhix ippjanata jew fir-rati tal-abort. Fil-fatt, fir-Renju Unit “il-kontraċezzjonia ta’ emerġenza” ilha dosponibbli mingħajr riċetta sa mill-2001 u r-rati tal-abort fir-Renju Unit telgħu fl-ogħla livelli li qatt kienu.
Għalhekk inħeġġu l-pubbliku ingenerali – u speċjalment lin-nisa – biex jinfurmaw ruħhom. Ninkoraġġguhom li jsiru jafu x’inhuma l-għażliet kollha qabel jieħdu deċiżjonijiet kruċjali. Irridu li n-nisa jkunu jafu li mhumiex waħidhom. Aħna dejjem lesti noffrulhom l-appoġġ, speċjalment f’każ ta’ stupru, teenagers li joħorġu tqal u sitwazzjonijiet oħra li ma jkunux kif wieħed jixtieq.
Filwaqt li nissimpatizzaw għal kollox mat-tfajla jew mara li qiegħda tiffaċċja tqala li ma tridhiex, il-ħajja ċkejkna fil-ġuf xorta waħda hija prezzjuża u jistħoqqilha l-protezzjoni wkoll. Iċ-ċirkustanzi li wasslu għat-tnissil ta’ din il-persuna ġdida ma jnaqqsu xejn mill-umanità tagħha.
Mela minn qalbna nitolbuk li taħsibha darbtejn qabel tirrikorri għal xi ħaġa li tista’ tkun ta’ theddida għall-istess ħajja.
Anke jekk il-pillola tal-għada filgħodu tista’ tinkiseb faċilment mingħajr riċetta, m’għandhiex tintuża bla ħsieb. Irridu nqisu li jista’ jkollha konsegwenzi fatali għal ħajja umana innoċenti kif ukoll li tista’ tipperikola s-saħħa tal-mara. Kun af il-fatti u ddeċiedi bil-għaqal.
U ddefendi l-ħajja, dejjem.
Artiklu miktub min Shirley Jobson
Shirley Jobson is a freelance writer and proofreader, born and raised on the island of Malta. An avid reader and writer from a very young age, her wish is to use her skills to raise awareness about societal issues that are close to her heart. Shirley is passionately pro-life and pro-women. She is in favour of life-affirming choices and support for women in crisis, as well as safeguarding every life, from the moment of conception until natural death.
Ħoloq:
The Dangers of the Morning After Pill
https://www.pop.org/content/dangers-morning-after-pill-0
Plan B: Abortifacient and Other Risks
https://lozierinstitute.org/plan-b-abortifacient-and-other-risks
Does the Drug “ella” Cause Abortions?
http://www.weeklystandard.com/does-the-drug-ella-cause-abortions/article/626563
The Morning-After Pill
An article by Wendy Wright, Carol Denner, R.N., and Jill Stanek, R.N.
http://concernedwomen.org/images/content/mapalec.pdf