Niċċelebraw lin-Nisa Kollha f’Jum Il-Mara
Il-mara, bil-ħiliet, l-intuwizzjoni, il-kapaċità li trabbi, it-talenti u l-maternità għandna napprezzawha kuljum. Kull sena, fit-8 ta’ Mejju, nonoraw lill-mara. Bħal-lum id-dinja tieqaf u tagħti r-rikonoxximent u l-ġieħ mistħoqq lin-nisa mill-isferi kollha tal-ħajja, ta’ kull età, razza, nazzjonalità, kultura u sfond soċjali.
Life Network Foundation tissieħeb maċ-ċelebrazzjoni tan-nisa kollha mit-tnissil sal-mewt. Din is-sena jkollna bilfors niċċelebraw online biss. Għandna messaġġi minn nisa favur il-ħajja li se nxandru permezz tal-media soċjali.
Parti mill-missjoni tagħna hija l-nagħtu l-ħiliet neċessarji lin-nisa li qegħdin jistennew tarbija – u li nsaħħuhom. Is-sena li għaddiet, permezz tal-fergħa tagħna li tipprovdi l-appoġġ, kellna l-privileġġ li ngħinu lil diversi nisa li t-tqala kienet se titfagħhom fi kriżi. Dawn in-nisa għamlu għażla favur il-ħajja u nistgħu niċċelebraw il-fatt li tletin tarbija ġew salvati.
Hija sitwazzjoni tat-tkexkix li fl-2021, minkejja l-ħafna kliem u l-battalji favur l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-abort selettiv abbażi ta’ sess qed iwassal għall-mewt ta’ miljuni ta’ trabi. Studju ta’ ħames snin mill-pubblikazzjoni msejħa Down To Eath turi li hemm kważi 23.1 miljun mara fi tnax-il pajjiż Ażjatiku u Ewropew li, minħabba l-aborti selettiv, qatt ma kellhom ċans jitwieldu. Ġenerazzjonijiet ta’ nisa qegħdin jinqerdu qabel ma jroddu l-ewwel nifs, u l-umanità qiegħda tiċċaħħad minn ommijiet, aħwa, infermiera, għalliema, tobba, xjenzati u esploraturi.
Mela, f’Jum il-Mara ejjew niċċelebraw lin-nisa kollha, inkluża t-trabi nisa fil-ġuf – li hija l-mara ta’ għada.
Awguri, f’Jum il-Mara!
Life Network Foundation.
#ProWomenProLife
Agħfas hawn biex tara l-filmat bil-messaġġi minn nisa favur il-ħajja jiċċelebraw Jum il-Mara